Ara l-arloġġ li jiswa $31 miljun – One News

Notifiki

Ara l-arloġġ li jiswa $31 miljun

Arloġġ tad-ditta Patek Philippe inbiegħ għal somma rekord ta’ $31 miljun f’irkant f’Geneva.

L-arloġġ tat-tip Grandmaster Chime 6300A-010 qatt ma ntlibes u ġie mmanifatturat mill-kumpanija Svizzera speċifikament sabiex jinġabru flus għal riċerka rigward diżordni ġenetika bl-isem Duchenne. Diżordni li taffettwa l-muskoli minħabba alterazzjonijiet fil-proteina Dystrophin li tgħin iżomm il-ċelloli tal-muskoli intatti.

Il-mudell ta’ dan l-arloġġ huwa l-unika wieħed manifatturat minn ‘stainless steel.’ Fil-fatt mal-ġenb tiegħu jinkludi l-kliem ‘the only one’ – ‘l-uniku wieħed.’ Huwa jinkludi wkoll minutieri 18 karat tad-deheb filwaqt li ċ-ċinga tiegħu magħmula minn ġilda sewda tal-alligaturi.

Għadu mhux magħruf minn xtara dan l-arloġġ waqt l-irkant li seħħ is-Sibt li għadda. B’dan il-bejgħ inkiser ir-rekord imwaqqaf mill-bejgħ ta’ arloġġ ieħor ukoll tal-għamla Patek Philippe li kien inbiegħ għal $24 miljun fl-2014.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend