Anzjan ġarrab ġrieħi gravi f’hit and run fil-Fgura – One News

Notifiki

Anzjan ġarrab ġrieħi gravi f’hit and run fil-Fgura

Anzjan ta’ 73 sena li jgħix Ħal Tarxien ġarrab ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Hompesch, il-Fgura, meta l-anzjan ittajjar minn karozza waqt li dan kien qed jaqsam it-triq. Il-karozza li tajritu telqet minnufih minn fuq il-post.

Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post qabel ma ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend