3 ibniet ta’ 14-il sena jinqabdu tqal – One News

Notifiki

3 ibniet ta’ 14-il sena jinqabdu tqal

Tliet ibniet ta’ 14-il sena kienu fost il-31 tifla bejn l-14 u 16-il sena li nqabdu tqal f’nofs is-sena skolastika li għaddiet. Dan ħareġ minn mistoqsija parlamentari li għamel il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo spjega li b’kollox kien hemm 3 tfajliet ta’ 14-il sena, 11-il tifla ta’ 15-il sena u 17-il tifla ta’ 16-il sena. Bartolo tenna li dawn it-tfajliet kollha ġew referuti mill-awtoritajiet tal-iskejjel għand is-servizzi għożża.

Bartolo spjega wkoll li minn dawn il-31 tifla kienu biss 7 li baqgħu jattendu l-iskola b’mod formali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend