Żewġt irġiel arrestati wara li nqabdu jisirqu minn karozza fil-fatt – One News

Notifiki

Żewġt irġiel arrestati wara li nqabdu jisirqu minn karozza fil-fatt

Azzjoni f’waqtha mill-Pulizija tad-Distrett ta’ San Ġiljan wasslet għall-arrest ta’ żagħżugħ ta’ sitta u għoxrin sena mis-Swieqi u ieħor ta’ 21 sena mix-Xagħra Għawdex li nqabdu jisirqu fil-fatt minn karozza pparkjata.

Il-każ seħħ il-Ħadd filgħaxija fil-parkeġġ tal-Park & Ride, f’Pembroke.

Kienu għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħaxija x’ħin il-Pulizija kienu infurmati li żewġt irġiel kienu qiegħed jaġixxu b’mod suspettuż u allegatament jisirqu minn karozza tal-għamla BMW li kienet ipparkjata.

Fuq il-post marru Surġent u żewġ kuntistabbli tal-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan li nnutaw żewġ persuni ħdejn il-karozza. Malli nnutaw lill-Pulizija, iż-żewġt irġiel rikbu f’vann.

Il-Pulizija resqu lejhom u minn tfittxija li saret fil-vann instabu diversi partijiet ta’ BMW, li rriżultaw li allegatament kienu insterqu mill-karozza pparkjata.

Fil-pussess tagħhom nstabet ukoll għodda li setgħet intużat biex jieħdu l-oġġetti mill-BMW.

Iż-żewġt irġiel ttieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend