Multa ta’ €5,500 u ordni ta’ probation għall-infermier li poġġa camera f’toilets tan-nisa tal-Isptar Mater Dei – One News

Notifiki

Multa ta’ €5,500 u ordni ta’ probation għall-infermier li poġġa camera f’toilets tan-nisa tal-Isptar Mater Dei

Alexander Borg ta’ 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ ġie mmultat ħamest elf u ħames mitt ewro wara li wieġeb ħati li poġġa kamera fit-toilets tan-nisa fid-Dipartiment tal-Emerġenz tal-isptar Mater Dei.


Borg ġie mixli li f’Ottubru li għadda żvela ritratti jew film sesswali privati mingħajr il-kunses tal-persuna jew persuni li jidhru fir-ritratti jew filmat.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima ordnat ukoll li l-akkużat jitqiegħed taħt ordni ta’ probation għal tliet snin u għalhekk se jiġi sorveljat minn uffiċjal tal-probation.

Huwa tqiegħed ukoll taħt ordni ta’ trattament biex jingħata l-għajnuna psikoloġika għal 3 snin li hija soġġetta għal bosta kundizzjonijiet. F’każ li jonqos milli jimxi mal-kundizzjonijiet, imposti, il-Qorti wissietu li jista’ jingħata sentenza għar-reati li nstab ħati għalihom f’dan il-każ.

Dwar il-piena, il-Qorti qieset in-natura serja tar-reat li dwarhom instab ħati, tal-fedina penali tal-imputat, tal-ammissjoni tiegħu u taċ-ċirkosttanzi kollha l-oħra tal-każ.

L-uffiċjali Prosekutur tenna li l-imputat ikkolabbora mal-Puliizja u li l-Prosekuzzjoni ma kinitx qiegħda tinsisti għal piena ta’ ħabs f’dan il-każ.

Min-naħa tagħha, id-difiża mmexxija mill-Avukat Ismael Psaila saħqet li l-imputat ammetta fl-aktar stadju bikri tal-proċeduri kif ukoll li l-imputat kellu l-fedina penali nadifa.

Id-difiża saħqet li f’dan il-każ mhux opportun li l-imputat jintbagħat il-ħabs u jkun aktar idoenu li fiċ-ċirkostanza jitpoġġa taħt ordni ta’ probation biex ikun jista’ jieħu l-kura meħtieġa, peress li huwa evidenti li l-imputat għandu bżonn għajnuna psikoloġika. Apparti dan iddikjara li l-akkużat għamel apoloġija għal dak li għamel.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend