AĠĠORNATA: Mara ta’ 61 sena fil-periklu tal-mewt wara daqqiet ta’ martell f’rasha u f’wiccha fil-Mellieħa – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Mara ta’ 61 sena fil-periklu tal-mewt wara daqqiet ta’ martell f’rasha u f’wiccha fil-Mellieħa

Mara ta’ wieħed u sittin sena ġarrbet ġrieħi serji wara li qalgħet daqqiet ta’ martell f’rasha minn allegatament żewġha li għandu 61 sena u li ġie arrestat mill-Pulizija

Il-każ seħħ fid-dar tal-familja li tinsab fi Triq Qasam Barrani, fil-inħawi tal-Bajja tal-Prajjiet.

One.com.mt jinsabu informat li kien għall-ħabta ta’ nofsinhar meta nqala’ argument  jaħraq bejn il-vittma u żewġha / Il-Pulizija qalet li allegatament ir-raġel qabad martell u beda jagħti lill-vittma daqqiet bih f’rasha u f’wiċċha.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u ambulanza b’tim mediku, fejn sabu lil mara f’għadira demm.

Wara li ngħatat l-ewwel assistenza medika fuq il-post, hija ttieħedet lejn l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji, kawża ta’ daqqiet li qalgħet f’rasha u f’wiċċha/

Il-Pulizija arrestat lil żewġha fuq il-post fejn ittieħed l-Għassa tal-Qawra għal aktar investigazzjonijiet.

Il-martell li allegatament intuża fl-aggressjoni nstab mill-Pulizija fuq il-post u ġie elevat bħala parti mill-investigazzjonijiet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Charmaine Galea fejn ħatret bosta esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta/

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija min-naħa tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Mhux eskluż li r-raġel tal-vittma jitressaq il-qorti u jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil ta’ martu

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend