Dokumentarju ġdid dwar Malta u Manchester United – One News

Dokumentarju ġdid dwar Malta u Manchester United

Is-sapporters klabb ta’ Manchester United f’Malta flimkien ma’ John Gubba se jkunu qed joħorġu dokumentarju bl-isem ta’ The Religion – 60 Years’ of Loyal Support. Dan id-dokumentarju li se jkun twil 115-il minuta se jkun qed jixxandar għall-ewwel darba nhar is-Sibt 16 ta’ Novembru fil-Kavallier ta’ San Ġabku l-Belt Valletta u l-għada l-Ħadd 17 ta’ Novembru se jaqsam il-fliegu u jintwera fil-Grand Hotel fl-Imġarr Għawdex.Id-dokumentarju jinkludi fih sittin sena ta’ filmati, waqt avvenimenti tas-sapporters u arkivji oħra li sab f’dawn l-aħħar ħames snin minn meta Gubba beda dan il-proġett. Id-dokumentarju jinkludi fih l-ispluzzjonijiet f’Old Trafford fl-1941, l-attakki fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija u t-traġedja ta’ Munich tal-1958.

Is-sapporters klabb ta’ Malta twaqqaf sena wara din it-traġedja li ħalliet mejta diversi plejers u ekwipaġġ ta’ Manchester United.

Id-dokumentarju se jsegwi minn tnedija tal-ktieb bl-isem ta’ A tale of two cities: Manchester & Malta’s Grand Harbour, miktub mill-Professur Victor Grech. Grech f’dan il-ktieb qed tkellem dwar is-sittin sena storja bejn is-sapporters klabb Malti tar-Red Devils u Manchester United. It-tnedija tal-ktieb se ssir f’Portomaso nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru. Waqt it-tnedija se jkun preżenti żewġ ex plejers ta’ Manchesyter United, Quinton Fortune u Michael Clegg, bid-donazzjonijiet ħa jmorru kollha għal Beating Hearts Malta.

L-għada s-Sibt 16 ta’ Novembru, Fortune u Clegg se jkun mistoqsija diversi mistoqsijiet dwar il-karriera tagħhom.

Dan qed isir hekk kif is-sapporters klabb Malti ta’ Manchester United qed jiċċelebra s-sittin anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fuq il-website www.manutd-malta.com.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend