BIL-FILMAT: Tilfet il-funeral ta’ missierha sabiex tibqa’ maġenb bintha fl-Ingilterra – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Tilfet il-funeral ta’ missierha sabiex tibqa’ maġenb bintha fl-Ingilterra

Din hija Ellie Portelli, iċ-ċkejkna ta’ tliet snin li waslet lura Malta l-Ħadd li għadda, wara li qattgħet l-ewwel snin ta’ tfulitha fi sptar fl-Ingliterra tieħu l-kura u tistenna trapjant tal-fwied.

Kien fit-tlieta ta’ Settembru li għadda li ommha Jeclohan, waslitilha telefonata ferm mistenniha li biddlet ħajjet bintha Ellie u qrabatha.

Wara sentejn u xahrejn ta’ stennija fl-Ingliterra, lil Ellie instabilha fwied li kien jaqbel magħha.

One News żar id-dar taċ-ċkejkna fil-Fgura, fejn sibniha tlesti l-ħalib ta’ filgħaxija u tilgħab bil-ġugarelli m’ommha Jeclohan.

Emozzjonata l-omm irrukkuntant l-ansjetà li għaddiet minnha kemm damet tistenn t-telefonata li biddlet ħajjet bintha Ellie u kif issa tista’ tibda tgħix ħajja normali.

Irrakkontat li l-proċess kien delikat u mhux faċli għal Ellie, hekk kif kellha tagħmel sigħat bla ikel u xorb minħabba l-intervent mediku li ħa xejn inqas minn tmien sigħat/

Qalet li għalkemm bkiet bil-ferħ, bkiet ukoll bil-biża minħabba li seta’ jkun hemm konsegwezni mhux sbieħ.

“Fit-3 ta’ Settembru rċevejna call mill-isptar lanqas ridt nemmen li rċivejiha biex immorru King’s College…wasal il-ħin, fis-siegħa ta’ filgħodu qaltilna li l-operazzjoni ser issir u ġew il-liver team għaliha biex iniżluha fit-theatre…qalbi riedet toħroġ bdejt nibki bil-ferħ iżda bkejt ukoll għax ma nafx jekk kinitx ser tirnexxi”

L-omm qaliltna li bintha kellha kuraġġ ta’ sur u daħlet għal dan l-intervent b’saħħitha kollha. Qalet li wara l-operazzjoni qamet mingħajr uġigħ u bagħtuha lura lejn Malta xi ġranet qabel milli suppost.

“Min hemmek Ellie l-għada ttellgħet fil-ward, tant kellha speed recovery u bqajna sejrin bl-ispeed recovery, uġiegħ xejn”

Iżda din l-esperjenza fl-Ingilterra kienet qisha sajjetta fil-bnazzi/  Jeclohan qaltilna li kellha tħalli l-ħajjitha f’Malta biex tmur ma’ bintha l-Ingliterra.

Qaltilna kif f’dawn is-sentejn qatt ma ġiet Malta u rari kienet toħorġ, għax bintha kellha bżonn attenzjoni l-ħin kollu.

Mument ta’ dieqa akbar għaliha kien meta tilfet lil missierha u ma setgħetx tiġi Malta għall-funeral tiegħu.

“Qatt ma ġejt jien Malta, qatt, f’sentejn sħaħ ġewwa Souten. Titlaq kollox ikollok hemmek ħajja oħra differenti, it-tifla trid toqod attenta biex ma toħroġix ħalli jekk iċemplulek ma tmurx ma tkunx ma’ tiflaħx…allura jekk iċemplu wara dawn is-snin kollha nitlef il-fwied… tlift lil missieri xahar ilu lanqas għall-funeral ma’ mort jiddispjaċik doppju tkun ilek ma tarah.

Ellie issa ser ikollha bżonn aktar kura f’Malta, u ‘l quddiem anke operazzjoni żgħira fl-Ingilterra minħabba li l-fwied kien ftit kbir għaliha.

L-omm żiedet tgħid li Ellie għalissa ma tistax tmur skola minħabba li tista’ timrad faċliment. Iżda qaltilna li l-futur ta’ bintha qed tarah ferm pożittiv.

“Ser tkun tajba fil-futur għaliex le iva narah li huwa tajjeb il-futur tagħha”

L-Omm qalet li kieku ma kienx għal Malta Community chest fund, puttinu cares, il-patrijiet Franġiskani Fr. Mario u Fr. Stephen u qrabatha kieku ma kenitx tkampa fl-Ingilterra.

Intant, ħallejna lil Ellie u lil ommha jħejju sabiex itemmu jum ieħor, b’Ellie issa ser tkun tista’ torqod fis-sodda tagħha f’kamrtiha b’fwied ġdid u l-omm b’moħħha mistrieħ li bintha għandha ġejjieni sabiħ quddiemha.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend