BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru jinnota l-inkonsistenzi ta’ Delia – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Il-Prim Ministru jinnota l-inkonsistenzi ta’ Delia

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament innota bosta inkonsistenzi tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.

Fosthom li ma jmurx il-Qorti biex toħroġ il-verità dwar l-akkużi gravi li għandu fuq rasu ta’ ħasil ta’ flus minn ċirku ta’ prostituzzjoni f’Soho.

“L-ewwel nett irrid nikkonstata li qed niġi mistoqsi din il-mistoqsija minn Kap tal-Oppożizzjoni li mal-ewwel ċans li kellu biex toħroġ il-verità dwar każijiet ta’ ħasil ta’ flus fejn huwa implikat hu ddeċieda li ma jmurx il-Qorti. Iddeċieda illi jkun hu stess illi jirtira kawżi li kellu.”

Dr Muscat fisser kif iċ-Chief of Staff tiegħu, Keith Schembri se jixhed f’inkjesti Maġisterjali mitluba minn Simon Busuttil.

“Il-parir li kellu kien li la darba qed iwieġeb dawk il-mistoqsijiet quddiem inkjesta li issa imbagħad tkun magħrufa m’għandux jagħti l-istess, m’għandux jagħti tweġibiet fil-miftuħ fil-Qorti, dak il-parir li għandu.”

Fuq kollox il-Prim Ministru sostna li l-inkonsistenza tal-Oppożizzjoni kompliet toħroġ fid-deher meta t-Tnejn filgħodu wriet fiduċja f’membru tal-ġudikatura maħtur bis-sistema l-ġdida fejn il-Gvern qed joqgħod fuq parir importanti li jagħti l-kumitat apoosta dwar il-ħatra tal-ġudikanti.

“Persuna maħtura minn dan il-Gvern u li skont xi nies min-naħa tal-Oppożizzjoni hija ngarzata mal-Gvern, f’daqqa waħda saret ġustament aċċettabbli mill-Oppożizzjoni, dalgħodu esponenti tal-Oppożizzjoni qalu li għandhom fiduċja fiha. Kif għandhom fiduċja f’persuna fil-Qorti, naħseb għandhom fiduċja fl-appointees kollha li saru u allura toħroġ in-nuqqas ta’ level headiness u ta’  konsistenza f’dakk li għandu x’jaqsam mal-Oppożizzjoni.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend