BIL-FILMAT: Residenti evakwati wara li nferxu xi nirien minn żewġ karozzi fil-Belt – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Residenti evakwati wara li nferxu xi nirien minn żewġ karozzi fil-Belt

Żewġ vetturi tal-għamla: Mercedes Benz u Citroen C3 inħakmu min-nar għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu fi Triq San Duminku l-Belt.

Kawża ta’ dawn in-nirien kellhom jiġu evakwati xi nies minn blokka appartamenti wara li d-dħaħen inferxu mal-blokka.

Il-każ seħħ fi Triq San Duminku l-Belt.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Victor Axiaq.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend