BIL-FILMAT: Jittieħed l-isptar wara ħabta f’Tas-Sliema – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Jittieħed l-isptar wara ħabta f’Tas-Sliema


Rumen ta’ 42 sena li joqgħod Tas-Sliema ttieħed l-isptar Mater Dei għal aktar kura wara li ħabat bil-vettura tal-għamla Hyundai i10 li kien qiegħed isuq ma’ karozza tat-tip Peugeot misjuqa minn Taljan ta’ 21 sena li joqgħod Maraskala.

Bl-impatt il-karozza misjuqa mir-Rumen baqgħet dieħla f’karozza tal-għamla BMW 316 li fil-ħin tal-inċident kienet imparkjata.

L-inċident seħħ fi Triq Depiro Tas-Sliema għall-ħabta tad-8:45 tas-Sibt filgħaxija.

Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Filmat: Da Mas/ Facebook

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend