L-Ispanjoli qed jivvutaw għat-tieni darba f’din is-sena – One News

Notifiki

L-Ispanjoli qed jivvutaw għat-tieni darba f’din is-sena

Illum fi Spanja qed issir it-tieni elezzjoni għal din is-sena, u dan wara li f’April li għadda, il-Partit tal-Ħaddiema Soċjalisti falla milli jifforma koalizzjoni wara li rebaħ l-aktar siġġijiet iżda ma kellux il-maġġoranza biex jiggverna.

Spanja ilha mill-2015 ma jkollha Gvern stabbli. L-inkwiet fil-Katalunja u t-tisħiħ tal-partit lemin estrem, il-Vox qed jikkawżaw din l-instabilità.

Wara l-vot ta’ April, il-Prim Ministru Soċjalista, Pedro Sánchez daħal f’taħdidiet ta’ koalizzjoni mal-partit xellugi Podemos, iżda spiċċaw fix-xejn u għalhekk fallew milli jiffurmaw Gvern ġdid f’Settembru. Il-Prim Ministru Spanjol, waqt attività li temmet il-kampanja elettorali, qal lill-partitarji li hemm żewġ għażliet: li jivvutaw għas-Soċjalisti jew jivvutaw lill-kwalunkwe partit ieħor biex ma jiġix elett Gvern progressiv.

Ritratt: AFP

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend