Il-qtil tat-tliet pumpiera Taljani – sploda l-binja biex jieħu l-flus tal-assigurazzjoni – One News

Notifiki

Il-qtil tat-tliet pumpiera Taljani – sploda l-binja biex jieħu l-flus tal-assigurazzjoni

Giovanni Vincenti ammetta mal-investigaturi li hu kellu l-intenzjoni li jisplodi l-farmhouse li kawża t’hekk inqatlu tliet pumpiera Taljani nhar it-Tlieta li għadda.

Il-Prosekutur, Enrico Cieri, qal li Vincenti, li għandu dejn kbir għamel dan biex jieħu l-flus mill-polza tal-assigurazzjoni.

Allegatament, Vincenti ħa żball waqt li kien qed iqabbad it-timer marbut mal-kontenitur tal-gass li kkażaw żewġ splużjonijiet. Huwa ġie arrestat nhar il-Ġimgħa bilejl, filwaqt li waqt konferenza stampa li saret is-Sibt filgħodu, Ceri qal li l-akkużat ma kellu l-ebda intenzzjoni li joqtol lill-pompiera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend