Iktar minn 5,500 student gawdew minn dak li ma riedux il-PN – One News

Iktar minn 5,500 student gawdew minn dak li ma riedux il-PN


B’nefqa ta’ 25,500,00 , 18,000 student qed jingħataw l-istipendju. Nefqa rekord f’dan is-settur.

Bin-nefqa bejn l-2012 u s-sena li għaddiet fuq l-istipendji żdiedet bi tlett miljun ewro fis-sena. Fl-2012 in-nefqa ma kinitx taqbeż it-22,000,000.

Fost l-istudenti li qabel ma kinux jieħdu stipendju hemm ukoll mijiet kull sena li għal xi raġuni jew oħra jkunu jridu jirrepetu minħabba li jkunu weħlu minn xi suġġett jew ma jkunux kisbu biżżejjed credits biex jitilgħu għal sena oħra.

Il-gazetta ‘Kullħadd’ irrapurtat li medja ta’ 1,000 student fis-sena li qed jibbenefikaw b’nefqa li taqbeż in-nofs miljun ewro fis-sena u saħansitra ġieli qorbot it-tliet kwarti ta’ miljun.

Fost dawk li kienu kontra l-proposta li l-istipendju jingħata lil dawk li jirrepetu kien hemm is- Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, li meta tressqet il-proposta kien qal fl-Università: “Hawn aħna m’aħniex father christmas.”  

Anke Simon Busuttil kien qal li l-Partit Nazzjonalista ma jaqbilx ma’ din il-bidla meta kien q e d jitkellem bħala Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. “PN disagrees with stipends for repeaters,” kien qal Simon Busuttil hekk kif kien irrapportat mit-Times of Malta. 

Saħħansittra,  fl-2013 kienu jbezzghu l-biża’ li qabel l-elezzjoni tal-2013 kien jipprova jnissel il-Partit Nazzjonalista meta kien jgħid li jekk Joseph Muscat isir Prim Ministru jkun hemm tnaqqis fl-istipendji.

Iżda, l-bidla saret u illum eluf tas-studenti li kien għal Clyde Puli u l-Partit Nazzjonalista kienu jibqgħu b’xejn.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, fakkar kif qabel il-bidla fil-Gvern dawn ma kienux jieħdu stipendju. Hu spjega: “Infaqna aktar minn 3 miljuni u nofs ewro biex ngħinu ‘l dawn is-sitt elef student. Fuq 7 snin, dawn jammontaw għal inqas minn wieħed fil-mija tal-istudenti kollha li jieħdu l-istipendju kull sena.”

Il-kelliem għall-Edukazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, li llum hu wkoll Segretarju Ġenerali kien fost dawk kontra din il-bidla. Puli qal: “Hawnhekk aħna m’aħniex litteralment father christmas, m’aħniex father christmas.”

Bħalu kien kontra l-Partit Nazzjonalista kollu, b’Simon Busuttil Viċi-Kap kien għamilha ċara li ma jaqbilx. Il-Ministru Bartolo tenna li llum li din il-bidla seħħet, il-gvern iktar qed jifhem il-benefiċċji tagħha.

Il-Ministru Bartolo sostna:  “Nemmnu li studenti li jkunu għaddejjin minn xi diffikulta, jista’ jkun li għaddejjin minn xi mard, minn xi mewt fil-familja u fiż-żmien tal-eżamijiet ma jkunux f’sikkithom mhux sew li mbagħad jiġu kkastigati wkoll u jiċċaħdilhom l-istipendju.”

Ta’ kull sena dawn l-istudenti qed jieħdu medja ta’ iktar minn nofs miljun ewro fi stipendju bejniethom. Il-bidliet u l-investiment fl-istipendju jġibu fix-xejn il-kampanji li saru qabel l-elezzjoni tal-2013 meta l-Partit Nazzjonalista kien ibeżża li l-istipendji jitnaqqru jekk Joseph Muscat isir Prim Ministru.

“L-aqwa risposta għal allegazzjonijiet bħal dawk dejjem huma l-fatti. L-ebda student jew l-ebda familja ma tista’ takkuża Gvern Laburista li huwa kontra l-istipendji. Issa jogħla ma’ kull żieda għall-għoli tal-ħajja u wkoll frixnieh iżjed milli kien mifrux qabel”, temm jgħid il-Ministru Bartolo.

Illum hemm 17,800 student igawdu mill-istipendji.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend