Għawdex fuq quddiem biex joħloq teknoloġiji ġodda – One News

Għawdex fuq quddiem biex joħloq teknoloġiji ġodda


L-ewwel żewġ kumpaniji fiċ-ċentru tal-innovazzjoni fix-Xewkija Għawdex qed jaħdmu biex jiġu żviluppati soluzzjonijiet għal problemi li żviluppaw ruħhom fl-aħħar żmien jew biex jiżviluppaw teknoloġiji li jieħdu post affarijiet bħal-lum.

Spjega dan il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Industrial Parks Karl Azzopardi li qal li dan huwa l-futur. Huwa qal: “Jagħtu soluzzjoni f’dik li ngħidu disruptive technology. Nafu li s-suq hemm barra l-ekonomija miexja ‘l hemm. Hemm niċċa ekonomika u qed jippreparaw u jgħinu kumpaniji oħrajn biex imorru għat-teknoloġija big-data. Min hemmhekk qed jinħolqu jobs speċjali u hemm ovvjament il-parti fejn din il-familja tiġġenera ċertu interess fejn jidħol AI.”

F’dan il-kuntest Azzopardi fisser l-importanza tal-Gozo AI Summit li ttella’ fl-aħħar jiem fil-gżira Għawdxija.

Huwa spjega li s-summit laqqa’ diversi mħuħ u persuni nfluwenti fil-qasam tat-teknoloġiji l-ġodda u qajjem l-interess f’dak li għandha x’toffri l-gżira Għawdxija f’dik li qed tissejjaħ bħala l-bidu tar-raba’ rivoluzzjoni industrijali.

Azzopardi sostna: “Jinħoloq dak l-interess u jibdew ġejjin kumpaniji jispeċjalizzaw f’dan is-settur. Imur oltre l-hub. Nafu li fl-Ewropa u fid-dinja jeżistu dawn it-tip ta’ ċentri u minn dawn joħorġu ċertu ideat li imbagħad jistgħu joħorġu fl-industrija.”

Azzopardi qal ukoll li għaddejja ħidma biex iktar kumpaniji jibdew jaħdmu mill-Hub li nfetaħ wara investiment ta’ €9 miljun. Huwa temm jgħid: “Qed naspiraw ovvjament li bħal ma diġà għandna kumpaniji li ħa jibdew joperaw nkomplu nkabbru l-familja accordingly.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend