ARA: Mezzi alternattivi għal nuqqas tal-emissjonijiet fl-arja – One News

Notifiki

ARA: Mezzi alternattivi għal nuqqas tal-emissjonijiet fl-arja


Fl-2020 l-emmissjonijiet fl-arja jridu jonqsu. Dan se jkun qed ifisser tibdil fil-mod kif it-trasport bil-baħar jopera b’mod aktar nadif, b’mod speċjali meta l-vapuri jitrakkaw fil-portijiet.

F’intervista ma’ ONE News, Bjorn Cassar Simmonds, li kiteb teżi dwar it-tniġġis fl-arja ġġenerata mill-industrija tal-baħar jinnota li l-aktar metodu nadif huwa x-shore-to-ship supply. Simmonds spjega li  Il-vantaġġ ta’ din is-sistema hija li l-emissjonijiet jonqsu drastikament u dan minħabba li l-vapur ikun qed jieħu l-enerġija elettrika tiegħu mis-sors ewlieni tal-pajjiż. B’hekk dan it-tniġġis fl-arja ikun jista’ jiġi kkontrollat.”

Dan il-metodu jnaqqas l-emissjonijiet b’90 %. Cassar Simmonds semma l-LNG, li huwa alternattiv aktar nadif mill-Heavy Fuel Oil. Il-qalba għal-LNG ma jiħux tant fit-tul biex jiġi implimentat u kapaċi jnaqqas il-kubrit mill-arja bejn 90% u 100%,

“L-iżvantaġġ ta’ dan huwa li attwalment mhux kull port jipprovdi dan it-tip ta’ fuel. Il-konverżjoni għal din is-sistema għalkemm mhux faċli, huwa possibli”, sostna Simmonds.

L-istudju f’dan is-settur huwa kontinwu, però li l-emissjonijiet fl-arja jridu jonqsu huwa fatt. Cassar Simmonds spjega li numru ta’ pajjiżi jimponu taxxi fuq vapuri li jużaw tip ta’ fuel li jniġġes biex  l-operaturi tat-terminal jinvestu f’sistemi li jippromwovu arja iktar nadifa.

Qal ukoll li biex jintuża x-shore-to-ship supply, il-vapuri jridu jkunu attrezzati għal din it-teknoloġija. Biex dan il-metodu jkun ta’ suċċess, il-portijiet kollha madwar id-dinja għadhom ikunu atrezzati wkoll b’infrastruttura li tipprovdi l-elettriku lill-vapuri.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend