ARA: Kif il-ħabsin tal-antik kienu jingħataw il-forka – One News

Notifiki

ARA: Kif il-ħabsin tal-antik kienu jingħataw il-forka


Minkejja li llum it-tortura titqies bħala xi ħaġa taż-żmien li għadda, din kienet realtà sa 200 sena ilu.

Din il-ġimgħa, Heritage Malta organizzat taħdita fil-mużew nazzjonali tal-istorja naturali, dwar l-istorja tas-sentenza tat-tgħalliq f’Malta, sabiex titfa’ aktar dawl fuq l-istorja tal-forka, partikolarment fil-perjodu Ingliż.

Sal-1971, il-piena kapitali kient parti mill-Kodiċi Kriminali ta’ Malta. Minkejja l-użu ta’ diversi mezzi ta’ esekuzzjoni, fosthom il-qtugħ tar-ras, u l-ħruq tan-nies ħajjin, l-iktar mod li bih kienu jinqatlu kien it-tgħalliq.

Matthew Balzan, Kuratur ma’ Heritage Malta, spjegalna aktar fuq il-mod ta’ kif kienet issir il-forka fiż-żmien l-Ingliżi li ppruvaw jagħmlu dan il-proċess aktar uman.

Balzan spjega: “Kif imbiddel il-proċess għaliex maż-żmien speċjalment fiż-żmien l-Ingliżi lejn l-aħħar tas-seklu 19 il-modd ta kif kien issir il-mod ta’ tgħalliq jiġifieri il-piena tal-mewt bit-tgħalliq imbiddel drastikament. Fejn bil-mezz ta kif kienet tingħata, sarret bidla  kif l-ikkundanat kif fil-fatt imut. Fejn qabel l-elf tmien mija u tmenin persuna kienet tmut vgata, mill-1880 sal-aħħar darba li ngħata il-forka f’Malta sal-1943 kien issir permezz tal-ksur tal-għonq.”

F’Malta nsibu wkoll waħda mill-ftit forok ta’ stil Ingliż li għadhom jeżistu. Din tinsab fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u ntuzat l-aħħar fl-1943. Huwa tenna li “Dik il-forka li qad hemm illum fil-ħabs ta’ Kordin hija waħda mill-veru ftit forok ta stil Inglżz li għadhom jeżistu fid-Dinja. filfat fil-Mediterran kull ma hawn waħda Malta u waħda Ċipru, lanqas l-Ingilterra ma għandhom bħala. Din kienet inbniet fl-1881 u propju daħlet is-sistema l-ġdida ta’ tgħalliq f’Malta.”

Is-Sur Balzan spjega ukoll xi stramberiji fl-istorja tal-forka, fejn fihom jinvolvi lil dak li kien jikkontrola l-forka jew aħrar kif inhu magħruf bħala il-bojja.

“Ġewwa t-tela’ ta’ Saqqajja kienet sarret eżekuzzjoni fl-1882. Il-bojja ma kientx xogħolu normali, kien ħabsi U biex jaħfrulu għax dak iż-żmien ma kientx hemm bojja ddeċieda li jgħallaq persuna u dak iż-żmien wara tgħalliq kien ikun hemm fizzjal li kien jagħti tir ta pistola f’ras il-kundannat. Dan kien hemm il-bojja ħdejh għax mingħalih li lesta xogħolu u kien lest u issa kien meħlus. Waqt li l-fizjal ħareġ il-pistola,laqqat il-grillu biż-żball u laqqat lil bojja u l-ħabsi spiċċa mejjet fejn dak li għallaq”, temm jgħid Balzan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend