AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li skidja fi Triq il-Kosta – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li skidja fi Triq il-Kosta


Sewwieq ta’ mutur ta’ 43 sena mill-Ungerija ttieħed l-isptar wara li skidja bil-mutur Suzuki Hayabuza fi Triq il-Kosta.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15 ta’ filgħodu.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġei ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Audrey Demicoli li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend