Sitt xhur ħabs wara li ammettew li għamlu użu minn passaporti foloz – One News

Sitt xhur ħabs wara li ammettew li għamlu użu minn passaporti foloz

Ramadan Abdalla, Abbas Sobhi u Mohammed Usman, immigranti residenti fiċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far intbgħatu sitt xhur habs wara li ammettew akkużi ta’ ffalsifikar ta’ passaporti u li għamlu użu minnhom.

Il-Prosekuzzjoni mmexxijja mill-ispettur tal-immigrazzjoni Frankie Sammut spjegat li dawn ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta minn fuq dgħajsa u li meta twasslu f’pajjiżna ngħataw iċ-ċans japplikaw għall-ażil iżda rrifjutaw dan iċ-ċans. Minflok irrikorrew għal mezzi llegali biex joħorġu mill-pajjiż. Saħaq li l-immigranti laħqu ħarġu minn pajjiżna u waslu Ruma qabel inqabdu. L-ispettur fisser li l-imputati kkoperaw waqt l-interrogazzjoni.

L-avukat Raisa Colombo f’isem l-imputati saħqet kif dawn ammettew l-akkużi tagħhom u li waqt l-interrogazzjoni dawn indikaw ħanut partikolari fil-Ħamrun minn akkwistaw il-passaporti foloz. Qalet li dawn għandhom jingħataw sentenza sospiża għax fil-fehma tagħha piena fil-ħabs tkun ta’ piż fuq il-pajjiż. Saħqet li l-immigranti huma l-ħuta ż-żgħira filwaqt li hemm barra hemm il-ħuta l-kbira.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend