Presepju Malti fi triqtu lejn Vjenna – One News

Presepju Malti fi triqtu lejn Vjenna

Grotta ddisinjata u mmanifatturata mill-artist Naxxari, Jennings Falzon, tinsab fi triqitha lejn Vjenna biex mill-ħmistax ta’ Novembru sa jum il-Milied, tkun esebita f’Villaġġ tal-Milied li se jsir f’Università fil-kapitali tal-Awstrija.

Dan il-presepju ta’ madwar 35 pied mhuwhiex għal kollox ġdid mal-Maltin hekk kif il-grotta fiha l-istess pasturi li ntużaw fil-presepju Malti li għal dawn l-aħħar tlett snin żejjen pjazza San Pietru fil-Vatikan,l-Art Imqaddsa u pjazza tritoni fil-Belt Valletta; xogħol l-artist Għawdxi Manuel Grech.

Jennings Falzon spjega kif wara li ppjana l-presepju beda x-xogħol biex fuq struttura tal-ħadid, issir bażi tal-kartapesta u tingħata l-kisja tal-fiber.

Qal kif “Ippostjajnieħ ġo żewġ kontejners, bħalissa qed jivjaġġa, suppost għandu jasal it-tnejn filgħaxija. Issa aħna se nkunu hemmhekk it-Tnejn ħalli għandna tlett ijiem, irridu narmawh, ħalli ovjament fil-15th November jinfetaħ il-Christmas Market għax dan se jkun esebit ġewwa Campus tal-Universitá hemmhekk.”

Ix-xogħol fuq dan il-presepju sar f’maħżen tal-karnival, bl-għajnuna ta’ Norman Hill li ssoltu jibni presepji ħafna iżgħar.

Spjega kif għalih din kienet esperjenza kompletament differenti, hekk kif hu mdorri jaħdem fuq karrijiet tal-Karnival, u għalhekk il-presepju kien biċċa xogħol differenti li iżda ħa pjaċir jaħdem fuqhom.

Qal kif “ Le, le hemm ħafna differenza, għax il-Karnival trid taħseb b’moħħok u tara x’se tivvinta imma presepju, presepju, jiġifieri once li għamilna din il-grotta ħa ngħidu hekk, hemm ħafna differenza, għax inti qed taħdem il-grotta rilassat uwekk, imma l-karnival huwa differenti.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend