Fil-jiem li ġejjin il-gżejjer Maltin mistennija jintlaqtu minn maltempata hekk kif skond il-paġna tat-tbassir tat-temp Malta Weather qed tirrapporta kif hemm ċans li jifforma urugan tal-Mediterran li mistenni jgħaddi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran.
Qed jingħad li minħabba f’hekk dan l-urugan iġib miegħu riħ qawwi ħafna u ħalbiet tax-xita qawwija li jistgħu jkunu bir-ragħad u bis-silġ li jaf jolqtu lill-gżejjer Maltin.
Ingħad kif ir-riħ mistenni jilħaq qawwa ta’ riefnu qawwi b’Forza 9 min-Nofsinhar il-Lbiċ għall-Punent Majjistru t-Tlieta filgħaxija.