Kliem ta’ tifħir għal ħanut tal-ħwejjeġ fil-Belt wara li ħallew qattus tat-triq jistkenn – One News

Kliem ta’ tifħir għal ħanut tal-ħwejjeġ fil-Belt wara li ħallew qattus tat-triq jistkenn

Minn qattus tat-triq għal wieħed maħbub minn bosta. Dan hekk kif qattus li jgħix fit-toroq tal-Belt rebaħ il-qlub ta’ ħafna persuni wara li tħalla jistkenn u jorqod f’stabbiliment tal-ħwejjeġ fil-Belt Valletta, proprju fil-vetrina tal-ħwejjeġ.

Kienu bosta persuni li kkummentaw fuq ritratt li tpoġġa fuq Facebook fejn faħħru l-ġest sabiħ ta’ dan il-ħanut, li taw post ta’ kenn u mistrieħ għal dan il-qattus.

Uħud ħeġġew lil sidien oħra tal-ħwienet biex jieħdu l-istess inizjattiva hekk kif m’hemm xejn isbaħ li tara rispett lejn anke ħlejqiet bħal dawn.

Oħrajn spjegaw kif dan il-qattus ta’ spiss jarawh idur, u mhux l-ewwel darba li rawh fil-vetrina ta’ ħanut ieħor tal-aċċessorji jieħu xi nagħsa wara xi jum impenjattiv fit-toroq tal-Belt.

Ta’ QabelLi Jmiss