L-għaqda tal-istudenti Pulse għal darba oħra ħarġet rebbieħa fl-elezzjoni għall-Kunsill tal-Junior College.
Dan hekk kif il-bieraħ saret l-elezzjoni magħrufa tant għall-involviment tagħha ta’ ħafna mill-istudenti tal-Junior College.
Il-Pulse eleġġiet seba’ kandidati, filwaqt li t-tmien membru tal-Kunsill għad irid ikun iddeterminat minħabba li kien hemm parita fl-ammont ta’ voti li ġabu l-kandidati taż-żewġ għaqdiet. L-eżitu ta’ min se jkun elett hawnhekk se jkun magħruf fil-ġranet li ġejjin.
Ir-riżultat finali huwa dan:
Kleaven Pisani (Pulse): 692
Kurt Anthony (SDM): Caruana: 640
Sara Said (Pulse): 710
Kimberly Rega (SDM): 621
Mikela Cassar (Pulse): 665
Glen Mifsud (SDM): 665
Jodie Xuereb (Pulse): 698
Danaya Grech (SDM): 631
Colette Abdilla (Pulse): 690
Alessia Cristina (SDM): 640
Andre Camilleri (Pulse): 702
Nicole Psaila (SDM): 629
Erika Mallia (Pulse): 682
Kylie Ghirxi (SDM): 648
Anton Camilleri (Pulse): 680
Luke Sultana (SDM): 652
Ir-rebħa tal-Pulse hija r-raba’ waħda konsekuttiva fil-Junior College fl-aħħar snin, u ssegwi suċċess ieħor li kisbet l-għaqda din il-ġimgħa meta nhar l-Erbgħa li għadda eleġġiet għal sena oħra rappreżentanti tagħha fil-Kunsill tal-Istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS).