Unionpay u Shanghai Electric Power b’interess li jkabbru l-involviment tagħhom f’Malta – One News

Notifiki

Unionpay u Shanghai Electric Power b’interess li jkabbru l-involviment tagħhom f’Malta

Fl-aħħar jum taż-żjara tal-Ministru responsabbli mill-promozzjoni tal-kummerċ Carmelo Abela ġewwa ċ-Cina, huwa żar żewġ kumpaniji globali u b’reputazzjoni rinomata li qed jieħdu interess kbir li jkabbu l-involviment u s-servizz li jagħmlu lill-klijenti tagħhom f’pajjiżna. Dawn huma UnionPay u Shanghai Electric.

UnionPay, korporazzjoni tas-servizzi finanzjarji Ċiniżi f’Shanghai, hija waħda mill-akbar organizzazzjonijiet ta’ ħlas bil-kard madwar id-dinja, li toffri ħlas bil-mowbajl u onlajn. Il-Ministru Abela ltaqa’ mas-CEO internazzjonali tal-kumpanija Cai Jainbo fejn dan tal-aħħar min-naħa tiegħu qasam il-viżjoni tiegħu li jsaħħaħ il-preżenza tal-kumpanija tiegħu f’Malta. Huwa esprima l-interess tiegħu li jkabbar s-servizz li jagħti l-klijenti tiegħu f’pajjiżna.

It-tieni żjara saret fil-Kwartieri Ġenerali ta’ Shanghai Electric Power. Il-Ministru Abela u d-delegazzjoni Maltija ltaqgħu mal-President, is-Sur Wang Yundan. Huma tkellmu dwar is-suċċessi tal-proġett tal-enerġija ta’ Malta, u il-qalba minn heavy fuel oil għal gass, li wassal għal tariffi aktar baxxi u arja aktar nadifa. Huma tkellmu kif din is-sħubija produttiva tipprometti tajjeb għal oqsma futuri bħal sħubija strateġika ta’ kooperazzjoni fi swieq oħra. Il-Ministru Abela qal kif il-poplu Malti huwa familjari mal-investiment li l-Gvern daħal għalih ma’ dan is-settur kummerċjali u diġa’ qed jibbenefika minn din is-sħubija.

“Inħarsu l‘ quddiem għal iżjed kooperazzjoni mhux biss mal-Gvern Ċiniż iżda ankem mal-kumpaniji mis-settur kummerċjali” saħaq Abela. “B’hekk inkomplu inkabbru l-ekonomija Maltija, inqassmu l-ġid li joħroġ mit-tkabbir u nibqgħu noħolqu aħtar xogħol u opportunitajiet għal poplu”, saħaq il-Ministru.

Fl-aħħar tliet ijiem delegazzjoni mmexxijja mill-Ministru għall-Affariijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela magħmulha minn Trade Malta, Malta Enterprise, Malta Chamber of Commernce u MCAST kienu qegħdin jipparteċipaw għall-ewwel darba bi stand Maltija ġewwa c-China International Import Expo f’Shanghai. Dan bil-għan li jagħtu spinta ‘l quddiem il-kummerċ u l-investiment bejn Malta u ċ-Ċina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend