Tallega li r-rapport intbagħat lil kumpanija Amerikana – One News

Notifiki

Tallega li r-rapport intbagħat lil kumpanija Amerikana

Il-Prosekuzzjon fil-każ tat-tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, allegat li r-rapport miktub mill-FBI ntbagħat lil kumpanija Amerikana.

Id-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia qal fil-Qorti li l-avukat tad-difiża, William Cuschieri, kiser il-liġi meta bagħat ir-rapport tal-FBI lil kumpanija Amerikana li mhix parti mill-proċeduri.

Huwa staqsa kif l-akkużati setgħu jħallsu eluf ta’ dollari lil kumpanija Amerikana sabiex tistħarreġ dan ir-rapport, meta l-assi tagħhom huma ffriżati.

L-imħallef Edwina Grima għarrfet lill-Prosekuzzjoni li tista’ tagħmel rapport lill-Pulizija dwar din l-informazzjoni.

Il-Prosekuzzjoni talba sabiex r-rapport jitneħħa mill-atti tal-kawża bl-Imħallef tgħid li d-deċiżjoni se tingħata f’seduta oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend