Student imut wara li waqa’ f’żona ta’ parkeġġ waqt protesti f’Hong Kong – One News

Notifiki

Student imut wara li waqa’ f’żona ta’ parkeġġ waqt protesti f’Hong Kong

Student f’Hong Kong tilef ħajtu wara li waqa’ waqt protesti fil-pajjiż aktar kmieni din il-ġimgħa. Mewtu xprunat aktar protesti u viġilji fil-pajjiż. 

Alex Chow, li kellu 22 sena, waqa’ minn għoli f’żona ta’ parkeġġ meta l-Pulizija bdew operazzjoni biex iż-żona tkun evakwata mid-dimostranti. Id-dinamika tal-inċident għadha trid tiġi stabbilita mill-awtoritajiet, iżda rapporti fil-midja ta’ Hong Kong qed jirrapportaw li x’aktarx l-istudent kien qed jipprova jaħrab minn ħruġ ta’ gass tad-dmugħ.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend