AĠĠORNATA: Tinstab il-kelba li nsterqet wara li kien għadha kif ġiet operata – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Tinstab il-kelba li nsterqet wara li kien għadha kif ġiet operata

Tiġi rritornata b’mod anonimu l-kelba li nsterqet wara li kien għadha kif ġiet operata u għalhekk kien jeħtieġilha aktar kura. Dan wara li sid ta’ kelba qiegħed jappella għall-għajnuna tal-pubbliku wara persuna mhux magħrufa serqitlu kelba marida mill-inħawi ta’ Ta’ Qali.

F’messaġġ fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook, Dhelan Saliba qal li l-kelba li ilha għandu sitt saritilha operazzjoni l-Erbgħa li għadda u għandha bżonn tieħu l-mediċini li xtralha biex tkun tista’ tfieq. Qalu l-persuna li ħadet il-kelba, qagħad jistenna ħdejn ix-xatba tal-għalqa li għandu biex għabbieha f’vann tal-għamla Toyota Hilux aħdar.

Huwa appellalu biex jagħtih lura l-kelba. “Qatt ma marret imkien. Dejjem magħna baqħet. L-Erbgħa li għadda ħadtha għal operazzjoni. Għandha bżonn il-mediċini li xtrajtilha”, kiteb Dhelan waqt li appella biex kull min għandu xi tagħrif dwar dan il-każ jgħaddih lill-Pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend