Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li attakka pulizija – One News

Notifiki

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li attakka pulizija

Sirjan ta’ 38 sena tressaq il-Qorti huwa kien mixli li darab lill-uffiċjal tal-Pulizija meta dan waqfu għaliex baqa’ għaddej minn fuq id-dwalijiet tat-traffiku.

Fil-Qorti sar magħruf li l-uffiċjali tal-Pulizija ġarrab ġrieħi ħfief wara li allegatament safa’ attakat mill-imputat.

Is-Sirjan ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet fosthom li jiffirma l-għassa u li jkun id-dar qabel il-11:00 ta’ filgħaxija.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend