Jgħid li ma kienx jaf li fil-bagalja kellu 2kg droga kokaina – One News

Notifiki

Jgħid li ma kienx jaf li fil-bagalja kellu 2kg droga kokaina

Ahmed Elmzouga ta’ 31 sena mill-Libja u li joqgħod is-Swieqi ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li nqabad b’pussess ta’ żewġ kilogrammi droga kokaina fl-arjuport internazzjonali ta’ Malta. Huwa kien imwaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana.

Huwa kien akkużat li ttraffika d-droga. L-imputat ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih għaliex qal li hu ma kienx jaf li fil-bagalji kellu d-droga. Huwa semma mal-Pulizija xi persuni li jistgħu ikunu involuti fil-każ. Il-Pulizja għaddejja b’aktar stħarriġ sabiex tiddentifika lil dawn il-persuni.

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien mill-arrest u talbet biex jiġu ffriżati l-assi tal-akkużat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend