“In-NATO spiċċat”- Emmanuel Macron – One News

Notifiki

“In-NATO spiċċat”- Emmanuel Macron

Il-President Franċiż Emmanuel Macron ħareġ jgħid li n-NATO ‘spiċċat’ hekk kif jidher li l-alleati transatlantiċi tagħha, primarjament l-Istati Uniti, qed jonqsu mill-impenji tagħhom fl-għaqda.
F’intervista mar-rivista internazzjonali ‘The Economist’, Macron issostanzja l-argument tiegħu billi qal li l-Istati Uniti lanqas biss ikkonsultaw man-NATO qabel ma rtirat il-forzi tagħha mis-Sirja.

Il-kummenti ta’ Macron jidher li kisbu l-appoġġ tal-Gvern Russu, li għalih, in-NATO mhi xejn għajr ‘theddida għas-sigurtà’.

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Markel, alleat b’saħħtu ferm tan-NATO, ikkundannat il-kummenti hekk imsejħa ‘drastiċi’ tal-President Franċiż, bin-NATO stess twieġeb li l-alleanzi kollha tagħha għadhom b’saħħithom.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend