Għada tingħalaq Vjal Sir Paul Boffa biex jittellgħu u jitqiegħdu l-itwal travi tal-konkos tal-flyovers tal-Marsa – One News

Notifiki

Għada tingħalaq Vjal Sir Paul Boffa biex jittellgħu u jitqiegħdu l-itwal travi tal-konkos tal-flyovers tal-Marsa

Infrastructure Malta qiegħda tavża lis-sewwieqa li s-Sibt bejn il-11.00 a.m. u s-6.00 p.m. il-karreġġjata ta’ Vjal Sir Paul Boffa minn Kordin lejn il-Marsa se tkun magħluqa, sabiex jittellgħu u jitqiegħdu f’posthom l-itwal travi tal-konkos tal-flyovers tal-Marsa Junction Project.

Qalet li dawn it-travi se jaqsmu fuq korsiji li qed jintużaw bħalissa u għalhekk se jkollhom jingħalqu biex niżguraw saħħet il-pubbliku u l-ħaddiema.

L-aġenzija li hija responsabbli minn dan l-akbar proġett infrastrutturali fit-toroq Maltin appellat lis-sewwieqa biex isegwu t-tabelli mir-roundabout ta’ Kordin lejn it-triq li tgħaddi mill-inħawi ta’ Baċir Nru. 7, lejn iż-żona t’Albert Town, il-Marsa. Qalet li Vjal Sir Paul Boffa direzzjoni Marsa ser tibqa’ miftuħa biss għall-karozzi Tallinja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend