F’erba’ snin twieldu 179 tarbija bl-IVF – One News

Notifiki

F’erba’ snin twieldu 179 tarbija bl-IVF


F’4 snin, fl-isptar Mater Dei twieldu mija 79 tarbija permezz tal-IVF.

Fi tweġiba parlamentari li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa ħareġ li l-biċċa ‘l kbira tat-trabi mwielda bl-IVF kienu bniet.

Fil-fatt twieldu 99 tifla u 80 tifel bl-IVF.

Dan wara li sar mat-862 ċiklu tal-IVF, fejn 8 minnhom għamlu użu minn embrijuni ffriżati.

Dan wara emendi ġodda fil-liġi tal-IVF li kienu daħlu fis-seħħ is-sena l-oħra.

Ma’ dan l-istazzjon, id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, Simone Attard fejn spjegatilna l-proċess ta’ regolarizazzjoni fejn l-koppja tapplika mal-klinika u wara tiġi awtorizzata mill-Awtorità. Hi spjegat: “Il-koppja tista tagħżel jekk tridx tiffertilizza żewġ bajdiet jew inkella tiffertilizzax ħames bajdiet u allura jkollha embrijuni ffriżati.”

Preżentament hawn seba’ koppji oħra li għas-sena d-dieħla qed jistennew tarbija wara l-proċess tal-IVF, bit-trabi li twieldu bl-IVF mill-2013 l’hawn ilaħħaq it-322.

Bid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni saħqet li d-domanda għall-IVF żdiedet.

“Rajna żiedha kbira, kull sena d-domanda qegħda tiżdied. Meta bdejna fl-2013 kull ma kellna kien 100 ċiklu li kien isir fis-sena. Issa qed isiru mal-madwar 300 ċiklu fis-sena. Jiġifieri n-numru jitkellmu waħedhom”, sostniet Attard.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend