Trump jiċħad li talab li jiġi eżonorat – One News

Notifiki

Trump jiċħad li talab li jiġi eżonorat

Il-President Amerikan Donald Trump ċaħad li talab lid-dipartiment tal-ġustizzja biex jeżonorah fil-każ li dwaru qed jaffaċċja mozzjoni biex jitneħħa mill-poter.

Trump qed jaffaċċja kritika mill-kamp Demokratiku li għamel pressjoni fuq il-President Ukren Volodymyr Zelensky biex il-ġustizzja tal-Ukrajna jsus fuq bin Joe Biden li kien involut f’allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni.

Joe Biden, eks Viċi-President fiż-żmien Barack Obama jinsab fit-tellieqa biex ikun il-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend