Tliet gruppi ta’ immigranti rrilokati fil-Ġermanja, il-Litwanja u r-Rumanija – One News

Tliet gruppi ta’ immigranti rrilokati fil-Ġermanja, il-Litwanja u r-Rumanija

Tliet gruppi ta’ immigranti li ġew salvati fi tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ separati ġew irrilokati fil-Ġermanja, il-Litwanja u r-Rumanija.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-ewwel grupp ta’ immigranti ġew salvati f’Awwissu li għadda minn fuq il-bastiment Ocean Viking li fuqu kien hemm 350 immigrant.

Qal li Malta intervjeniet biex salvat l-immigranti li kienu ilhom bejn sema u ilma tlettax-il jum. Spejga li mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni legali tagħha u wara ftehim mal-Kummissjoni Ewropea u għadd ta’ pajjiżi membri Ewropej, intlaħaq ftehim biex l-immigranti kollha abbord il-vapur jiġu rrilokati fost diversi stati membri Ewropej.

Iż-żewġ salvataġġi l-oħra mll-Armata saru minn fuq il-vapur tal-għaqda mhux governattiva Alan Kurdi.

Fiż-żewġ każijiet, Malta qablet li tkun parti minn soluzzjoni Ewropea wara li żviluppat sitwazzjoni umanitarja.

L-immigranti kollha ġew assisti mill-awtoritajiet lokali, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u uffiċjali mill-ambaxxati rispettivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *