Tħabbret il-mewt ta’ Karm Farrugia – One News

Notifiki

Tħabbret il-mewt ta’ Karm Farrugia

Tħabbret il-mewt tal-ekonomista Karm Farrugia fl-età ta’ 87 sena.

Farrugia huwa magħruf għall-kontribut li ta fil-midja lokali f’diversi oqsma fosthom: il-finanzi, l-ekonomija u n-negozji.

Huwa twieled f’Bormla u ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-Università ta’ Londra, fejn studja l-ekonomija u x-xjenzi politiċi u aktar tard kkwalifika bħala awditur u accountant.

Fost il-karigi li okkupa hemm dik ta’ Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali u Direttur tal-Malta Shipbuilding.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend