L-EpiPen tista’ tinxtara mill-ispiżerija ta’ Mater Dei – One News

Notifiki

L-EpiPen tista’ tinxtara mill-ispiżerija ta’ Mater Dei

Il-mediċina EpiPen, li tintuża f’każijiet ta’ allerġiji severi, tista’ tinxtara minn għada mill-ispiżerija ta’ Mater Dei.

Fl-aħħar jiem din il-mediċina bżonjuża reġgħet kienet out of stock fis-suq privat. Kif ħabbar l-ġimgħa li għaddiet id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-Gvern intervjena biex jimporta stokk ta’ emerġenza biex ikun jista’ jinxtara minn dawk li jkollhom bżonn.

L-EpiPen se tkun tista’ tinxtara wkoll mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

L-ispiżeriji tal-Isptar Mater Dei u tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jiftħu mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-08.00 sas-14.00, u s-Sibt mit-08.00 sa 12.00.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend