Jinqabad b’2 kilogrammi kokaina fl-ajruport – One News

Notifiki

Jinqabad b’2 kilogrammi kokaina fl-ajruport

Tkompli l-kullana ta’ suċċessi fil-ħidma tad-Dwana kontra t-traffikar tad-droga. Passiġġier inqabad fl-ajruport b’żewġ kilogrammi droga kokaina. Is-sejba tad-droga saret mit-Taqsima tal-Infurzar tad-Dwana waqt tfittxija li għamlu meta l-passiġġeri wasal Malta fuq titjira minn Brussell għall-ħabta tal-11:00 tal-Erbgħa filgħaxija.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li d-droga kienet maħżuna f’żewġ pakketti bil-valur tagħha fit-triq ilaħħaq il-€200,000.

Il-każ għadda f’idejn l-Iskwadra tal-Pulizija kontra d-droga fejn il-passiġġier ġie eskortat lejn id-Depot tal-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend