Jikkawża allarm għax qal li “laqtu bi żball” – One News

Notifiki

Jikkawża allarm għax qal li “laqtu bi żball”

Bdot li kien qed isuq ajruplan fuq titjira minn Madrid lejn Amsterdam xegħel allarm ta’ terroriżmu bi żball u qajjem allert ta’ sigurtà maġġuri fl-ajruport ta’ Schiphol fil-kapitali Olandiża.

Tant li l-Pulizija tal-pajjiż kitbu fuq Twitter li qed jinvestigaw sitwazzjoni suspettuża, u parti mill-ajruport, li huwa wieħed fost l-aktar bieżla fl-Ewropa, ingħalqet għal xi ħin.

Madwar siegħa wara, il-linja tal-ajru Air Europa qalet li kien żball tal-pilota li laqgħat l-allarm, u assigurat li l-passiġġiera jinsabu tajbin.

L-allarm li laqgħat il-bdot huwa wieħed li jinsab fuq ħafna mill-ajruplani, u jintuża biex javża lill-awtoritajiet f’każ ta’ hijack.

Ritratt: Reuters

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend