Jammetti u jgħid li ddispjaċih li nemmes fit-toilet tan-nisa f’Mater Dei – One News

Notifiki

Jammetti u jgħid li ddispjaċih li nemmes fit-toilet tan-nisa f’Mater Dei

Alexander Borg ta’ 28 sena li jgħix il-Fgura ammetta li poġġa kamera fit-toilet tan-nisa fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei.

Ir-raġel li huwa infermier ingħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000 peress li s-sentenza dwar dan il-każ se tingħata aktar tard.

Il-prosekuzzjoni stess ma talbitx għall-priġunerija effettiva u minflok issuġġeriet probation.

Spjegat li l-kollegi sħabu fid-dipartiment offrew li jagħtuh l-għajnuna.

Dan f’kuntest li l-Qorti ordnat li r-raġel jingħata l-għajnuna psikoloġika u t-trattament meħtieġ.

B’ommu, missieru u t-tfajla warajh, l-akkużat deher mhux biss imbikkem u ddispjaċut iżda skuża ruħu wara li ġie mixli li waħħal kamera biex inemmes fit-toilet tal-ħaddiema nisa.

Quddiem il-Qorti ġew esebiti ritratti u evidenza oħra marbuta mal-każ.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija wrew li l-kamera kienet imqabbda ma’ kontenitur għall-affarijiet sanitarji tan-nisa, li huwa aktar baxx mill-kontenitur normali, biex tkun ċentrali u l-imputat seta’ jkollu r-ritratti li ried jikseb tan-nisa qed jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom.

Is-sorsi qrib l-investigazzjoni qalu li fl-aħħar jiem ir-raġel kien xogħol ta’ bil-lejl u wara tfittxija li saret fil-locker tiegħu huwa ħareġ immanettjat mill-isptar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend