Is-suċċessi li qed tikseb Malta milqugħa b’interess minn investituri Ċiniżi – One News

Notifiki

Is-suċċessi li qed tikseb Malta milqugħa b’interess minn investituri Ċiniżi


Il-kummerċ, il-kwalità tal-ħajja, il-livell tal-edukazzjoni, il-kultura rikka. Dawn kienu l-erba’ setturi li d-delegazzjoni Maltija komposta minn Trade Malta, Malta Enterprise, Malta Chamber of Commerce u l-MCAST mmexxija mill-Ministru responsabbli mill-promozzjoni tal-kummerċ Carmelo Abela ppromovew fuq il-Malta Stand waqt it-tieni International China Import Expo f’Shanghai. Dan filwaqt li rrimarkaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi eċċellenti li jeżistu bejn Malta u ċ-Ċina. Matul seminars f’Shanghai, il-Ministru Abela ndirizza investituri Ċiniżi dwar l-ekonomija vibranti ta’ Malta. Tkellem dwar iż-żieda f’Malta ta’ turisti Ċiniżi b’żieda ta’ 25% fl-2018 fuq is-sena ta’ qabel. Saħaq kif Malta hija miftuħa għan-negozju u li qatt ma kien hemm żmien aħjar biex l-investituri iħarsu lejn Malta.
Sadanittant, waqt li kien qiegħed fuq l-istand ta’ Malta, il-Ministru Abela lltaqa’ ma’ diversi investituri fosthom ma’ kumpanija Maltija li qed tinvesti fic-Ċina.

L-Onor. Abela ltaqa’ u dawwar mal-Stand Maltija fiċ-Ċina is-Sur Xia Zhong, Viċi President tal-Korporazzjoni ta’ Investiment tal-Istat għall-Enerġija (SPIC) u s-Sur Wang Yundan, President ta’ Shanghai Electric Power Co. Ltd (SEP).

L-interess mill-istampa Ċiniza ma naqasx. Dan hekk kif il-Ministru kien intervistat minn diversi stazzjonijiet tal-istampa ewlenin Ċiniżi dwar il-kisbiet ta’ Malta.

Fl-aħħar nett, huwa ġie mistieden ukoll għal żjara madwar l-istand taċ-Ċina u ngħata spjegazzjoni dwar l-aħħar teknoloġiji ġodda emerġenti fiċ-Ċina fl-oqsma tal-5G, ir-robotika u l-Intelligenza Artifiċjali fost l-oħrajn.

Il-Ministru Abela kien akkumpanjat mill-Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina John Aquilina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend