Il-Qorti b’deċiżjoni li ġġib fix-xejn argumenti kontra l-istituzzjonijiet – One News

Notifiki

Il-Qorti b’deċiżjoni li ġġib fix-xejn argumenti kontra l-istituzzjonijiet

Id-deċiżjoni tal-Qorti li għandha tibda inkjesta maġisterjali dwar dak li ntqal minn avukat Malti f’dokumentarju Franċiż b’rabta mal-programm ta’ ċittadinanza b’investiment iġġib fix-xejn il-kampanji li qed isiru mill-Partit Nazzjonalista u esponenti tiegħu biex jattakkaw l-istituzzjonijiet u l-pajjiż.

Din hi deċiżjoni dwar l-operat ta’ ditta privata ta’ avukati, li ssegwi investigazzjoni oħra li talab il-Gvern stess mar-Regolatur tal-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment.

Peró din id-deċiżjoni hi wkoll konferma oħra minn sensiela li jixhdu kif l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jaħdmu f’indipendenza. F’dan il-każ intlaqgħet talba ta’ grupp li jaħdem bl-appoġġ ta’ esponenti tal-Oppożizzjoni li l-ħin kollu jattakkaw l-istituzzjonijiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend