Għexieren mejta f’attakk f’Burkina Faso – One News

Notifiki

Għexieren mejta f’attakk f’Burkina Faso

Minn tal-inqas 37 persuna nqatlu, u 60 oħra ndarbu, f’attakk f’kumpanija tal-minjieri f’Burkina Faso.

Jidher li ħames xarabanks li kienu qed iġorru impjegati ta’ kumpanija Kanadiża ġew attakkati madwar 40 kilometru bogħod mill-villaġġ ta’ Boungou.

Dan l-attakk – li mhux l-ewwel wieħed immirat lejn impjegati ta’ din il-kumpanija – qed ikun deskritt bħala t-tielet l-aktar imdemmi fuq impjegati ta’ Semafo fi 15-il xahar.

L-attakki fil-pajjiż żdiedu mill-2015 ’l hawn, u l-kunflitt infirex anki fil-Mali mal-fruntiera.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend