Evakwati mijiet ta’ immigranti minn kampijiet f’Pariġi – One News

Notifiki

Evakwati mijiet ta’ immigranti minn kampijiet f’Pariġi

Il-Pulizija Franċiża evakwat mal-1,600 immigrant minn żewġ kampijiet fin-naħa ta’ fuq ta’ Pariġi, f’dik li qed tkun deskritta bħala waħda mill-akbar operazzjonijiet ta’ rilokazzjoni li saru f’numru ta’ snin.

Mas-600 uffiċjal tal-Pulizija eskortaw lill-immigranti f’kowċis biex ħaduhom f’ċentri oħra f’Pariġi stess.

Din l-operazzjoni saret ġurnata wara li l-Gvern ħabbar miżuri ġodda biex irażżan l-immigrazzjoni.

Ritratt: EPA

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend