30 sena priġunerija għat-“terminator” – One News

Notifiki

30 sena priġunerija għat-“terminator”

Mexxej ta’ grupp tar-ribelli fil-Congo ngħata s-sentenza ta’ 30 sena ħabs għal każijiet kontra l-umanità fil-gwerra.

Nies li kienu leali għat-tmexxija ta’ Bosco Ntaganda wettqu massakri makabri fuq nies bla ħtija.

Ir-raġel, li qed ikun imlaqqam bħala “Terminator”, deher quddiem il-Qorti akkużat bi 18-il att ta’ akkuża fosthom qtil, stupru, skjavitù sesswali, u l-użu ta’ tfal bħala suldati.

Din is-sentenza hija l-itwal waħda mogħtija mill-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend