It-Turkija għandha f’idejha waħda min-nisa ta’ al-Baghdadi – One News

Notifiki

It-Turkija għandha f’idejha waħda min-nisa ta’ al-Baghdadi

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan qal li l-qawwiet Torok għandhom f’idejhom lil waħda min-nisa tal-eks mexxej tal-Istat Iżlamiku Abu Bakr al-Baghdadi.

Din inqabdet fis-Sirja, l-istess pajjiż fejn fih miet al-Baghdadi wara li sploda lilu nnifsu waqt rejd mill-qawwiet Amerikani.

“Aħna mhux qed nagħmlu kapital politiku bħal ħaddieħor dwar il-qbid ta’ waħda min-nisa ta’ al-Baghdadi”, saħaq Erdogan b’botta fina lejn il-President Amerikan Donald Trump.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend