Inawgurata l-wirja tal-arti ‘Sunlight’, fil-Parlament ta’ Malta – One News

Notifiki

Inawgurata l-wirja tal-arti ‘Sunlight’, fil-Parlament ta’ Malta

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Daputati Anġlu Farrugia inawgura fil-Parlament ta’ Malta l-wirja artistika ‘Sunlight – Contemporary Watermedia and Oil Paintings’, ta’ Anastasia Pace.

F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker semma li Malta hi mogħnija bid-dawl u bis-sħana tax-xemx tul is-sena kollha. Kemm id-dawl u s-sħana flimkien mal-ibħra ta’ madwar il-gżejjer Maltin huma elementi essenzjali tal-ħajja umana u dik ambjentali.  Saħaq fuq id-dmir tal-ħarsien tal-ħajja umana u tal-ambjent. Għalkemm il-bniedem jagħmel tajjeb li jieħu inizjattivi ta’ żvilupp, inkluż dak teknoloġiku, madanakollu għandu jevita milli jagħmel ħsara rriperabbli lill-ħajja umana u lill-ambjent.

L-Ispeaker qal li hi x-xewqa tiegħu li aktar artisti u assoċjazzjonijiet fi ħdan is-soċjetà ċivili f’pajjiżna jersqu lejn il-Parlament bil-għan li jissaħħu r-rabtiet bejn l-arti u l-politika għall-ġid tad-demokrazija f’pajjiżna. Permezz tal-espressjoni artistika, l-artist jista’ jgħaddi messaġġi ċari u utli għad-diskussjoni fuq temi ta’ interess komuni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend