Il-fenek bil-birra fost għexieren ta’ riċetti f’Tisjir mill-Qalb’ – One News

Notifiki

Il-fenek bil-birra fost għexieren ta’ riċetti f’Tisjir mill-Qalb’

Fenek frisk, pinta birra, daqxejn rummien, qattgħalu l-bacon u ħallih itektek ħalli jaqsam qalb dawk kollha li jxommu r-riħa ta’ aroma ħierġa minn dan il-platt Malti.

Din hija waħda minn aktar minn sebgħin riċetta fil-ktieb tisjir mill-qalb li qed jerġa’ jiġi stampat għal għan nobbli.

Fl-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Tisjir mill-Qalb insibu għaxar kokijiet mustaċċuni Maltin , fejn kul kok prepara menu b’erba ikliet li huma  ħerġin mill-kċina Maltija bħalma huwa wkoll il-bebbux u r-ravjul Malti.

Il-President ta’ Malta George Vella li żar stamperija fil-Qrendi stqarr li huwa onorat u faħħar l-inizjattiva li permezz ta dan il-ktieb qed jiġu preżentati ikliet ġenwini u tajbin għal saħħitna. u li ma jagħmilx ħsara lil saħħitna.

Bħala tabib, il-President Vella fakkar fil-benefiċċji ta’ dieta bbilanċjata li tinkludi ħxejjex, ħut u frott.

Il-Kordinatur tal-Ktieb Tisjir mill-Qalb spjega l-preparamenti wara din il-pubblikazzjoni mfittxija ta’ kull sena. Il-fondi kollha miġbura minn dan il-ktieb stampat mingħajr ħlas mill-istamperija se jmorru għall-Malta Community Chest Fund.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend