Philip Camilleri ta’ 39 sena kellu l-piena mnaqqsa b’sena mill-Qorti tal-Appell Kriminali wara fi Frar ta’ erba’ snin ilu kien ikkundanna erba’ snin ħabs.
Huwa kien instab ħati li fl-2006, flimkien ma’ missieru darbu serjament lill-Avukat Tonio Azzopardi. Missier l-akkużat miet ftit taż-żmien wara l-inċident.
Il-Qorti tal-Appell naqset is-sentenza wara li ħelsietu minn akkuża li ġiegħel lill-vittma jiffirma ċekk kontra r-rieda tiegħu, filwaqt li kkonfermat il-bqija tas-sentenza.
Għall-imputat dehru l-Avukati Veronique Dalli u Edward Gatt.