Reazzjoni ta’ diżappunt fost ħafna pajjiżi – One News

Notifiki

Reazzjoni ta’ diżappunt fost ħafna pajjiżi

L-Istati Uniti beda l-proċess biex joħroġ mill-ftehim ta’ Pariġi. Mossa li ġabet dispjaċir u diżappunt fost ħafna pajjiżi.

L-amministrazzjoni ta’ Trump qalet formalment lin-Nazzjonijiet Magħquda t-Tnejn bl-intenzjoni li l-Amerka toħroġ mill-ftehim.

Biex issa skatta proċess ta’ sena sakemm l-Istati Uniti joħroġ mill-ftehim dwar it-tibdil fil-klima – liema proċess jintemm l-għada tal-elezzjoni Presidenzjali fl-Amerka s-sena d-dieħla.

Il-ftehim ġab flimkien 188 pajjiż biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima.

Id-deċiżjoni ta’ Trump li joħroġ mill-ftehim mhux biss tefgħet lill-Istati Uniti f’dell ikrah, iżda tat daqqa ta’ ħarta lill-isforzi li qed isiru mill-Unjoni Ewropea biex il-ftehim jibqa’ “on track”.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend