Nuqqas ta’ aċċessibilità għall-ħwienet fil-Gżira – One News

Nuqqas ta’ aċċessibilità għall-ħwienet fil-Gżira

42 ħanut kummerċjali biss minn total ta’ 334 ħanut fuq ix-xatt tal-Gżira u Tas-Sliema huma fiżikament aċċessibbli.

Dan joħroġ minn rapport ġdid tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Il-Kummissjoni qal li bejn Novembru u April li għadda, bosta uffiċjali tagħha wettqu spezzjonijiet fuq il-post fil-ħwienet kollha li jinsabu fuq ix-xatt tal-Gżira u Tas-Sliema.

Iċ-ċifri jitkellmu weħidhom. Minn total ta’ 334 ħanut kummerċjali, 292 ħanut mhumiex konformi mal-linji gwida tal-Kummissjoni.

Minn dawn, 15-il ħanut joffru alternattiva filwaqt li fil-każ ta’ 18-il ħanut ieħor, kienu għaddejjin xogħlijiet fil-ħin tal-ispezzjonijiet.

Il-Kummissjoni qalet li 187 ħanut jeħtieġu biss l-installazzjoni ta’ rampa temporanja biex isiru aċċessibbli waqt li ħamsa u ħamsin oħra jeħtieġu xogħlijiet żgħar bħal alterazzjonijiet fil-bieb ewlieni. 11 oħra jirrikjedu xogħlijiet kbar bħall-istallazzjoni ta’ lift tal-passiġġieri.

Ir-rapport juri li f’pajjiżna hawn ftit aktar minn 19,200 persuna b’diżabilità rreġistrata mal-Kummissjoni li kważi 15,000 minnhom għandhom nuqqas fiżiku.

B’reazzjoni għal dan l-istħarriġ, il-Kummisarju tas-CRPD, Oliver Scicluna qal li l-aċċessibilità fiżika tibqa’ ostaklu kbir f’Malta.

Qal li waqt li nkiseb ħafna, għad fadal ħafna xi jsir. Qal li dawk in-negozji li jagħżlu li jibqgħu mhux aċċessibbli qed jitilfu sezzjoni tal-klijentela potenzjali tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend